Search
Show prices tax inclusive
All Categories
    Menu Close

    IR-REBBIEH LI GHADU JIRBAH KTIEB

    SKU: 9789918202355
    banner
    Availability: 1 in stock
    €23.00 incl VAT
    i h

    X’Kitbu u X’Qalu Dwar San Gorg Megalomartri

     

    L-aktar xbihat komuni ta’ San Gorg Megalomartri huma dawk li juruhulna fuq iz-ziemel, fi glieda mad-dragun biex jehles tfajla mill-periklu li sabet ruhha fih. Din il-leggenda tant xeghlet il-fantasija ta’ pitturi kbar li whud minnhom hallewlna sensiela ta’ kwadri li, wiehed wara l-iehor, jaghtuna fid-dettall il-mumenti differenti ta’ din il-leggenda, li mhix antika daqs il-figura storika ta’ San Gorg. Anzi, ta’ min jghid li din il-leggenda tal-glieda ta’ San Gorg mad-dragun, dahlet fi Zmien il-Krucjati, bejn wiehed u iehor lejn tmiem is-seklu hdax, meta San Gorg, bil-grajjiet tal-martirju tieghu, kien digà gibed lejh il-qlub ta’ hafna popli.

     

    Ta’ min jghid ukoll li l-holqien ta’ leggendi kien jinbena dwar persuni li digà jkunu ghaggbu lil hafna popli bl-ghemejjel taghhom. U, biex jaghtu aktar importanza lil dawn il-persuni, kienu joholqu ghadd ta’ grajjiet madwar il-personalità taghhom bil-hsieb li jimmortalizzaw tifkirithom. Kif jghallem l-agjografu maghruf H. Delahaye S.J., Bollandista, “Il-leggendi li jinbtu madwar persuna, bl-ebda mod m’ghandhom inaqqsu mill-importanza storika ta’ dik il-persuna.” Mhux ta’ min ihalli barra l-fatt li l-kelma ‘leggenda’ gejja mill-verb Latin ‘legenda’ u tfisser ‘xi haga li ghandha tinqara’.

     

    Qed noffrilkom dan il-volum mimli taghrif interessanti dwar il-Qaddis li rebah fil-martirju, rebah bil-kult kbir tieghu, u ghadu jirbah fi zminijietna, kif nittama li jaghmel f’kull min iqalleb sewwa l-pagni ta’ dan il-ktieb. Tibqghux lura, l-aktar intom li tassew thobbu lil San Gorg, li tiksbu kopja tieghu. U San Gorg, min-naha tieghu, zgur li jbierek lil dawk li jsiru aktar midhla tar-rebha u bhalu huma wkoll isiru rebbieha Kristjani.

    0.0 0
    Write your own review Close
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    • Bad
    • Excellent
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    *
    *

    Share Reward Point

    You have to login with this store to use this functionality

     

    × Avatar
      *