Alfio Calandro, li kien ghadu kemm tilef l-ahhar battalja bejn Napli u Milan u li kien ministru ta’ Ludovico l-Moro jinqatel fi triq dejqa u bil-qtil tieghu jehel Raimondo Brando, ghax hekk stqarr il-qattiel Lanfranco. Hu kien mibghut jaghmel dan l-assassinju minn Marco Caccia, konti ta’ Navara, li ma riedx li Brando jinghata xi setgha u lanqas riedu jinnamra ma’ bintu Laura. Izda bl-ghaqal kollu tieghu u bl-ghajnuna ta’ xi hbieb, Raimondo Brando jasal biex idawwar lill-Venezjani kontra Caccia billi jixlih bhala traditur u assassin. Caccia jispicca maqful fil-habs…