Search
Show prices tax inclusive
All Categories
    Menu Close

    HARUKI MURAKAMI - NORWEGIAN WOOD

    SKU: 9789918201990
    banner
    Availability: 1 in stock
    €20.00 incl VAT
    i h

    Maqlub ghall-Malti minn Charles Flores

    Grajja msejsa fuq il-hajja taz-zghazagh Gappunizi fit-tieni nofs tas-snin 60 meta mad-dinja kollha kienet ghaddejja tonfoh maltempata ta’ protesti mill-generazzjoni zaghzugha. Din it-traduzzjoni ta’ Norwegian Wood tal-awtur celebri Gappuniz Haruki Murakami ghandha l-ghan wahdani li tkattar aktar l-iskambju letterarju bejn zewg kulturi diversi imma komuni fejn jidhlu tqanqiliet imxettla minn tbatija, izolament, imhabba u sentimenti ohra li, wara kollox, huma aktar tal-bniedem milli ta’ gens wiehed jew iehor.

    ‘Hafna mill-qarrejja tieghi qiesu Norwegian Wood bhala xi forma ta’ rtirata min-naha tieghi, cahda ta’ dak kollu li kien jiddistingwi x-xoghlijiet tieghi sa dakinhar. Ghalija, madankollu, kollox kien bil-kuntrarju: kienet avventura, sfida. Qatt qabel ma kont ktibt storja cara u semplici, u ridt nittestja lili nnifsi. Tajtha l-isfond tat-tieni nofs tas-snin 60. Issellift id-dettalji tal-protagonist fl-ambjent universitarju u l–hajja ta’ kuljum mill-esperjenza tieghi bhala student. Ir-rizultat kien li hafna nies ikkonkludew li kont ktibt rumanz awtobijografiku, izda fil-fatt mhu awtobijografiku xejn.’ – HARUKI MURAKAMI

    ‘It-traduzzjoni ghall-Malti saret mill-verzjoni bl-Ingliz, ghaldaqstant kompla ntilef xi ftit mill-effett originali li hareg mill-pinna ghanja ta’ Murakami, izda t-tama tieghi hi li ma ntilifx l-ispirtu li bih inkitbet. Il–gisem ikun tilef hafna, bl-Ingliz jghidulek ‘lost in translation’, imma r-ruh tibqa’ hemm. Tal-anqas hekk nittama.’  CHARLES FLORES

    Murakami bil-Malti

    0.0 0
    Write your own review Close
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    • Bad
    • Excellent
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    *
    *

    Share Reward Point

    You have to login with this store to use this functionality

     

    × Avatar
      *