Search
Show prices tax inclusive
All Categories
    Menu Close

    BERTU HABEL TAT-TAJJAR VOL 2

    Manufacturer: Bdl
    SKU: 9789918212088
    banner
    Availability: 1 in stock
    €19.95 incl VAT
    i h

    Fl-ahhar rahom dehlin. Melinda kienet miexja bejn ommha u missierha. Izda harset Bertu kienet fuqha biss, jaraha tersaq lejh bil-mod, u bla ma taf li kien hemm guvni nofsu mistohbi li kien qed jaduraha b’ghajnejh.

    Imma issa Bertu gie f’diffikultà ghax is-Sur Patist u l-familja, flok intefghu bilqieghda fuq bank ghad-dell, baqghu mexjin fid-direzzjoni tieghu. U Bertu ma ridhomx jarawh. Almenu mhux ghalissa. Din ma kinitx fil-pjani tieghu. Ried li jiltaqa’ maghhom taparsi b’kumbinazzjoni u juri ruhu sorpriz meta jiltaqghu. Izda hu u jarahom mexjin lejh…

    Dar minn fejn kien u ntefa’ wara kolonna tal-arkati, u qaghad jissindikahom, attent li ma jarawhx. Melinda baqghet bejn ommha u missierha, u minhabba f’hekk Bertu ma setax jara wiccha. Raha biss ittella’ idha biex izzomm il-kappell minhabba z-ziffa li kienet ghaddejja.

    Is-Sur Patist kien il-hin kollu jippunta subghu lejn il-bastimenti u jirrakkonta, sakemm fl-ahhar daru minn fejn kienu, ghaddew minn taht l-arkati u bdew jimxu lejn bank fid-dell ta’ sigra.

    Did-darba, Melinda ma poggietx bejn ommha u missierha izda fit-tarf. Bertu issa seta’ jara ’l wiccha. Raha thares madwarha, qisha aktar qed tinteressaha l-hajja ta’ madwarha milli d-diskors ghaddej magenbha. Bertu kien qed joghxa jhares lejn dak il-wicc. Izda malajr kien idahhal rasu wara l-kolonna kull darba li Melinda titfa’ harsitha lejn in-naha atieghu.

    Is-Sur Wigi, martu u wliedhom kienu ghadhom ma tfaccawx, u Bertu beda jitlob li jibqghu ma jitfaccawx. Izda issa ried bilfors jara x’jivvinta biex b’xi mod jiltaqa’ b’kumbinazzjoni ma’ Melinda. Ikun ha battikata ghalxejn jekk jispicca jhares lejha mill-boghod biss u mank imqar jisma’ lehinha.

    0.0 0
    Write your own review Close
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    • Bad
    • Excellent
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    *
    *

    Share Reward Point

    You have to login with this store to use this functionality

     

    × Avatar
      *