Search
Show prices tax inclusive
All Categories
    Menu Close

    Sorry - this product is no longer available

    KWARANTINA

    Manufacturer: Horizons
    SKU: 9789918200665
    banner
    Availability: Out of stock
    €15.00 incl VAT
    i h

    X’aktarx li l-aktar kelma fil-vokabularju dinji li smajna u ghadha tirbombja fost il-gnus u l-ilsna taghhom tul din l-ahhar sena u nofs hija kwarantina. L-imxija tal-virus qerried kienet u ghadha l-kagun, hekk kif il-bniedem beda jara kif se jehodha ma’ dan is-saram gdid li hlief imwiet, telf ta’ impjiegi u tkissir ta’ ekonomiji madwar id-dinja ma zerax. Il-htiega tal-kwarantina kienet minnha nnifisha l-ahjar moghdija lejn il-helsien mit-theddida, lejn l-irxuxtar minn tbatijiet fizici, u lejn il-harsien tal-mahbubin u l-gheziez taghna.

    Il-kwarantina ta’ Jim Crace mhix nieqsa mill-passi geblija ta’ din il-moghdija. Izda fiha hemm sfida spiritwali, maghguna fl-immaginazzjoni u l-kreattività ta’ kittieb li jwassal tqanqil ruhu b’mod li jsahhrek. X’aktarx anki jahsdek, kultant forsi anki jghaddbek. Il-kwarantina ta’ Gesù Kristu fid-dezert, il-karattri kwazi surrealistici li hemm mieghu jaqsmu l-ghatx u l-guh tax-xghari mbieghda jiffurmaw stampa li ma titilqekx ghal waqt wiehed. F’dawn ix-xeni ta’ sikwit issib u tilmah bcejjec minn Malta jfeggu quddiemek. In-nixfa. Il-hxejjex. L-ilwien. Ix-xtieli. Ir-rezha. Is-shana. L-emozzjoni.

    Ghal Charles Flores, din it-traduzzjoni kienet bhal lehha ta’ berqa f’waqt opportun. Bejn twemmin u nuqqas – jew tmermir – ta’ twemmin hemm bahar jaqsam u ghexieren ta’ interpretazzjonijiet. Hu zgur li fil-qasam tal-kitba bil-Malti x’aktarx li ma kellna qatt xoghol daqstant provokattiv u hawtiel li jmiss mill-qrib u b’daqshekk intensità l-aspett tal-bniedem u t-twemmin tieghu, ir-ritwali u t-tradizzjonijiet, l-inzul u t-tlajja’ tas-socjetà, l-imhabba ta’ veru u l-qerq, it-tfittxija dejjiema ghal xi haga … kollha kemm huma maqbudin f’kitba qawwija fin-nisga, tghum fil-metafora u tghinek tahseb, tipprova tifhem u thares lejn hajtek minn lentijiet ghal kollox differenti minn xulxin.

     

     

    Products specifications
    Author Jim Crace, Charles Flores
    Language Kotba bil-Malti
    Year of publication 2021
    Pages 373
    Dimensions (Width x Height) 135 x 205mm
    0.0 0
    Write your own review Close
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    • Bad
    • Excellent
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    *
    *
    Product tags

    Share Reward Point

    You have to login with this store to use this functionality

     

    × Avatar
      *