Search
Show prices tax inclusive
All Categories
    Menu Close

    Sorry - this product is no longer available

    ANNE FRANK - ID-DJARJU TA TFAJLA

    SKU: 9789995796358
    banner
    Availability: Out of stock
    €18.95 incl VAT
    i h

    Dan Id-Djarju ta’ Tfajla jew kif inhu izjed maghruf, Id-Djarju ta’ Anne Frank, hu maqlub ghall-Malti mill-verzjoni ingliza ta’Susan Massotty minn Mary Rose Mifsud. Dan il-ktieb jinkludi it-test innifsu tad-Djarju ta’ Anne Frank kif gie editjat minn Otto Frank u Mirjam Pressler u pprezentat fl-edizzjoni definittiva li harget fl-2007, fl-okkazjoni tas-sittin anniversarju tal-ewwel publikazzjoni tieghu fl-1947.

    Din l-edizzjoni tad-Djarju tiftah b’Dahla mill-Professur Oliver Friggieri li fiha jirrifletti fuq l-importanza storika tad-Djarju u l-valur morali tieghu, kif ukoll jaghti harsa kritika fil-qosor lejn din it-traduzzjoni. Issegwi Nota tat-Traduttrici li fiha Mifsud tiddeskrivi l-process li uzat fit-traduzzjoni taghha u tispjega ghaliex wasletghal certi ghazliet lingwistici, xi kultant sahansitra b’paragun ma’ traduzzjonijiet f’ilsna ohra.

    Dan il-ktieb jinkludi wkoll il-Kelmtejn Qabel u l-Kelmtejn Wara ta’ Massotty nfisha. Isegwu noti dettaljati dwar il-personaggi u l-postijiet imsemmija fil-test originali, kif ukoll dwar xiavvenimenti storici u xi kliem importanti biex jinftiehem sew dak li kitbetAnne. Dawn in-noti huma mmirati ghall-qarrejja Maltin li jridu japprofondixxul-gharfien tat-test u jkattru l-pjacir li jiehdu mill-qari tieghu. Ghal din ir-raguni n-noti jinkludu informazzjoni dwar x’gara minn nies u l-postijiet anki wara li jieqaf id-Djarju. Mifsud ghamlet hilitha biex testendi din l-informazzjoni sakemm il-ktieb taghha mar ghall-istampar. Uhud min-noti jaghtu wkoll l-opportunità lill-qarrejja, jipparagunaw dak li ssemmi Anne Frank ma’ x’kien qed jigrif’Malta fl-istess zmien.

    Fis-sezzjoni Fatti, Kontroversji,Aggornamenti Mifsud tirrakkonta bosta episodji mill-grajja tad-Djarju minn meta gie ppubblikat ghall-ewwel darba fl-1947 sal-lum. Din it-traduzzjoni tinkludi wkoll numru ta’ ritratti tan-nies li jissemmew fid-Djarju, kif ukoll Bibljiografija estensiva li ghanda thajjar lill-qarrejja jkomplu jwessghu t-taghrif taghhom dwar l-Olokawst u avvenimenti storici ohra.

    Products specifications
    Author Anne Frank
    Cover Paperback
    Language Kotba bil-Malti
    Year of publication 2021
    Pages 496
    Dimensions (Width x Height) 21.6 x 13.5cm
    0.0 0
    Write your own review Close
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    • Bad
    • Excellent
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    *
    *
    Product tags

    Share Reward Point

    You have to login with this store to use this functionality

     

    × Avatar
      *